Lokali

“Liġi li tiftaħ il-bieb għall-abort” – Bernard Grech

“Sur Prim Ministru tibqax partġġjan u diviż. Ejja flimkien naqblu biex lill-poplu Malti u Għawdxi nagħtuh f’dan il-milied rigal li jgħin lis-soċjetà tagżna tgħin bis-serjeta lil dawk kollha li jkollhom problema tul it-tqala u anka wara t-twelid. Għandek ċans li minflok diviċjoni nazzjonali iġġib għaqda nazzjonali. minflok kulutra tal-mewt issaħħaħ il-kultura tal-ħajja.”

Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt id-diskors tiegħu fil-Parlament l-Erbgħa filgħaxija meta tkellem dwar l-introduzzjoni tal-abort f’pajjizna, fejn sostna li l-Prim Ministru Robert Abela qed jimbotta li jdaħħal l-abort f’pajjizna mingħajr ebda mandat tal-poplu. Dan għaliex din il-liġi qatt ma kienet fil-Manifest ta’ qabel l-elezzjoni.

Dan filwaqt li l-Partit Nazzjonlista qed iżomm pożizzjoni b’saħħa kontra l-introduzzjoni tal-abort.

“Robert Abela ma ġabx rigal tal-milied fil-foma ta’ miżuri u ligijiet li jharsu l-hajja u l-kwalita tagħha tul il-kors kollu tagħha. minflok rigal dinjutuz u generuz tal-milied robert abela lill-poplu taghna qed iressaqlu ligi li tiftah berah – mhux biss tbexxaq – il-bieb tal-abort. Ir-rigal tal-milied ta’ robert abela huwa li se jdahhal l-abort f’pajjizna.”

Il-Kap tal-PN saħaq li fil-Parlament għaddew diversi ligijiet sabiex ittejbu l-possibiltà li koppja tingħata l-għajnuna meħtiega għat-twelid bl-inqas diffikultajiet. Apparti dan, għaddew diversi ligijiet li jħarsu s-saħħa ta’ kull wild – iżda umbagħad b’kuntrast ma’ dan kollu, il-Gvern ta’ Robert Abela irid idaħħal l-abort f’pajjiżna, u l-Partit Nazzjonalista biss qiegħed jitkellem dwar il-ħarsien tal-omm u tat-tarbija.

“Mela nerha nsaqsi mr speaker, għalfejn dan il-periklu u l-ghaġla kollha biex indaħħlu l-abort. Bil-malti ngħidu l-qattusa għaggelija frieħ għomja taghmel. L-għaga f’din il-ligi ta’ robert abela mhux għal firegħ għomja se twassal iżda għall-qtil tal-friegħ u tal-ferh li jgibu maghom”

Bernard Grech insista li għal kuntlarju tal-Gvern li irid akkost ta’ kollox idaħħal l-abort, il-Partit Nazzjonalista – bħall-maggoraza tal-poplu – huwa favur il-ħajja.

“Ħa ngħidilkom x’qed jipproponi li jagħmel il-gvern ta’ robert abela, irid ligi u jimxi fil-passi li kienu bdew bihom l-ingilterra u wales: Jigifieri se jdahhal f’pajjizna providiment li jippermetti li l-intervent isir mhux biss meta jkun hemm periklu għall-hajja izda anke periklu għas-saħħa bla ma jispjega mkien fil-ligi din xi tfisser.”

Bernard Grech ippropona li il-liġi tiġi emendata kif ipproponew l-esperti – “Ma jkun twettaq l-ebda reat taħt l-artikolu 241(2) jew l-artikolu 243 meta l-mewt ta’, jew ħsara gravi fuq, tarbija mhux imwielda tirriżulta minn intervent mediku mwettaq bl-iskop li jsalva l-ħajja tal-omm meta jkun hemm riskju u sostanżjali ta’ telfien talħajja tal-omm minn marda fiżika.”

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech insista li ż-żewġ naħat tal-kamra għandhom jingħaqdu … u minflok divizjoni nazzjonali, isaħħu l-kultura tal-ħajja.

“Prim Ministru minn qalbi nappellalek li tinsa l-pika u tieħu d-deċizjoni li turi li tħaddan id-dehen li għandu jkollu min imexxi pajjizna u tieħu d-decizjoni li “Seddaq il-għaqda fil-Maltin u sliem”.