Internazzjonali

Mid-Dinja Medika: Żvilupp importanti ferm fil-ġlieda kontra l-Alzheimer’s

Ix-xjenzati u t-tobba huma eċċitanti ferm dwar ir-riżultati ta’ mediċina ġdida li għandha tnaqqas sew mill-qerda fil-moħħ dovuta għall-marda Alzheimer’s.

Il-mediċina, fil-fatt, qed tissejjaħ bħala waħda ‘storika’, bl-iżvilupp – wara għexieren ta’ snin ta’ riċerka – tidher sinifikanti ħafna wara daqstant fallimenti fil-qasam. Fil-fatt, nistgħu ninsabu fil-bidu ta’ era ġdida għall-mediċini effettivi kontra l-Alzheimer’s li hi l-aktar forma komuni tad-demenzja.

Madankollu, xi sorsi qed jgħidu li l-mediċina, bl-isem ta’ lecanemab, tista’ tħalli biss ftit tal-effetti u meta għadu għaddej dibattitu dwar l-impatt tal-mediċina ġdida fuq il-ħajja tan-nies. Iżda l-ottimiżmu qed jidher ftit jew wisq iġġustifikat, peress li l-lecanemab jattakka lill-materjal qerriedi li jifforma, tul is-snin, fil-moħħ ta’ pazjent marid bl-Alheimer’s.

U waqt li r-riċerka medika, ħafna drabi, tirriserva biss elementi ta’ diżappunt, numru ta’ tobba, issa, qegħdin iqisu l-mediċina ġdida bħala ‘żvilupp trijonfanti fil-ġlieda kontra l-Alzheimer’s’.

Dan ukoll waqt li l-Alzheimer’s Research UK qed iqis ir-riżultati tar-riċerka partiklulari bħala ‘mument ta’ bidla’ – bil-Professur John Hardy, riċerkatur ewlieni, jinsab ottimist ‘li d-dinja għandha tibda tara l-bidu ta’ terapiji kontra l-Alzheimer’s wara rata kontinwa ta’ disfatti fir-riċerka preċedenti.’