Lokali

Nhar is-Sibt li ġej se ssir il-maratona ‘Biex ħadd ma jħossu waħdu’

Skont stħarriġ li għamlet il-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà 54.6% tal-Maltin u Għawdxin iħossuhom waħdehom. Għal dan il-għan nhar is-Sibt li ġej Caritas Malta se torganizza maratona ġbir ta’ fondi bit-tema ‘Biex Ħadd Ma Jħossu Waħdu’, bejn il-11 ta’ filgħodu u l-11 ta’ filgħaxija… maratona li se tixxandar fuq Net Television.

L-għan tal-maratona huwa li jinġabru flus biżżejjed biex kull min se jqatta’ l-Milied waħdu, ikun jista’ jiekol ma’ persuni li wkoll kienu se jqattgħu l-festi waħedhom. U bid-donazzjonijiet tan-nies, dawn l-istess persuni jistgħu jkomplu jingħataw is-servizzi li jeħtieġu tul is-sena kollha.

Wieħed jista’ jagħmel id-donazzjoni permezz ta’ dawn in-numri:

€20: 5100 2035

€50 – 5190 2089