Futbol Sport

AĠĠORNATA: Pele jiddaħħal b’urġenza l-isptar

Il-plejer leġġendarju Pele iddaħħal b’urġenza l-isptar hekk kif il-Brażiljan għadu qed jikkumbatti l-marda tal-kanċer.

Mir-rapporti tal-media Brażiljana, Pele ġie rikoverat fi sptar f’Sao Paolo. B’sorsi jikkwotaw lil bintu stess tgħid li m’hemmx lok għal emerġenza.

L-eks stilla tal-Brażil għandu 82 sena, u huwa meqjus bħala ikona fid-dinja tal-futbol. Tant li għal bosta, Pele għadu kunsidrat bħala l-aqwa plejer ta’ kull żmien.

Pele rebaħ it-Tazza tad-Dinja tliet darbiet.