Lokali Parlament

Proposti mill-PN għat-tisħiħ tal-familji

Graziella Attard Previ, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet fil-parlament li bil-proposti tal-PN għall-Wortk Life Balance, wara ħidma tal-MEP David Casa, il-PN qed isaħħaħ il-familji fis-soċjetà tal-lum.

Graziella Attard Previ qalet li l-Gvern daħħal biss l-inqas miżuri possibbli u sostniet li l-maġġoranza ta-familji Maltin fihom koppji li jaħdmu t-tnejn. Dan isir anki minħabba li fl-ugwaljanza hu li l-mara tkun impenjata daqs l-irġiel fuq il-postijiet tax-xogħol. Ir-raġel għandu jassumi wkoll ir-responsabbiltajiet marbuta man-nisa partikolarment fit-trobbija tat-tfal u l-impenn fix-xogħol domestiku.

Hi appellat biex isir investiment fil-familji Maltin u spjegat kif l-Oppożizzjoni qed tressaq diversi proposti. Il-familji Maltin jixirqilhom l-aktar investiment biex titjieb il-kwalità tal-ħajja ta’ eluf ta’ Maltin.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li r-rata tat-tweilid f’Malta hi fost l-aktar baxxi u qalet li l-PN qed ipoġġi lill-familji fiċ-ċentru tal-politika tiegħu. Il-PN qed jipproponi li l-leave tal-paternità jiżdied minn 10 għal 15-il ġurnata mill-1 ta’ Jannar 2024 u jitħallas b’mod sħiħ b’iktar flessibbiiltà, il-leave tal-ġenituri jingħata bil-paga medja u mhux bir-rata tal-leave tal-mard, il-leave tal-ġenitur ma jkunx trasferibbli, dawk li jaħdmu għal rashom jibbenefikaw mill-istess miżuri, il-piż finanzjarju jinġarr mill-gvern bħala servizz soċjali dejjem. Il-liġi għandha tkun data mill-1 ta’ Awwissu 2019 meta d-direttiva kienet negozjata.