Il-ġurnalist Arġentin Enrique Macaya Marquez waqqaf rekord ġdid hekk kif issa ħadem u kien preżenti fi 17-il Tazza tad-Dinja konsekuttiva. Marquez iċċelebra għeluq it-88 sena meta kien qed jikkumenta l-partita tal-ftuħ bejn il-Qatar u l-Ekwador.
Huwa għadu jiftakar l-ewwel vjaġġ li għamel lejn l-Iżvezja fl-1958, fl-ewwel Tazza-tad-Dinja li ħadem fiha meta kellu biss 23 sena fejn jiftakar li l-ivvjaġġar mill-Amerika t’Isfel lejn l-Ewropa ma kienx daqshekk faċli dak iż-żmien. Huwa qal li l-ajruplan li kien vjaġġa bih tant għemel waqfiet għall-fjuwil li ma jiftakarx kemm il-darba waqaf. Barra minnhekk wara vjaġġ twil bl-ajruplan huwa kellu jaqbad ferrovija, xarabank u finalment lanċa biex wasal fil-kapitali Stokħolma.
Enrique ħadem f’kull Tazza tad-Dinja tal-FIFA minn dakinhar ‘l hawn b’din l-edizzjoni hija s-17-il darba, u b’hekk stabbilixxa rekord ġdid fost il-ġurnalisti. Bħalissa qed jirraporta għall-istazzjon tar-radju D Sports tal-Arġentina.
//= $special ?>