Konfużjoni sħiħa. Dan hu l-element ċar li spikka dalgħodu, meta Robert Abela kien ibbumbardjat bil-mostqsijiet mill-ġurnalisti dwar il-liġi tal-abort li ressaq hu stess.
Abela, wera dan biċ-car, meta fi ftit minuti biddel il-pożizzjoni tiegħu darbtejn. Fejn l-ewwel stqarr li lest li jiddiskuti din l-emenda, imbagħad insista li d-draft li fformola hu, huwa l-aħjar.
Il-Prim Ministru, intant, waqqa’ dak li qalu diversi NGO’s, filwaqt li ikkonferma li anke l-President ta’ Malta għandu riservi b’din il-liġi tal-abort. Kien hawn, li Robert Abela għal darba oħra fetaħ attakk partiġġjan filwaqt li ħadha kontra l-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca.
Viżibbilment skomdu, Robert Abela, meta reġa’ kien mistoqsi mill-media, ħarab minn quddiem il-ġurnalisti u mexa lejn il-karozza tiegħu.
Il-Partit Laburista m’għandu ebda mandat elettorali biex idaħħal l-abort f’pajjiżna, għax dan qatt ma kien fil-Manifest ta’ qabel l-elezzjoni. Dan filwaqt li l-Partit Nazzjonlista qed iżomm pożizzjoni b’saħħa kontra l-introduzzjoni tal-abort.
//= $special ?>