Il-Franċiża Stephanie Frappart se ssir l-ewwel referee mara li tikkontrolla logħba tat-Tazza tad-Dinja meta nhar il-Ħamis se tkun qed tikkontrolla l-logħba minn Grupp E bejn il-Costa Rica u l-Ġermanja.
Frappart, li għanda 38 sena se tkun qed tmexxi terna arbitrali femminili fuq il-pitch fl-Al Bayt Stadium, bil-Brażiljana Neuza Back u l-Messikana Karen Diaz Medina se jkunu l-assistenti tagħha.
Il-Franċiża diġa’ kitbet l-istorja f’din it-Tazza tad-Dinja hekk kif saret l-ewwel mara uffiċjal f’Tazza tad-Dinja tal-Irġiel hekk kif hija kienet ir-raba’ uffiċjal fil-partita minn Grupp C bejn il-Messiku u l-Polonja.
F’din l-edizzjoni il-FIFA għażlet tliet referees nisa fil-lista ta’ 36, bit-tnejn l-oħra jkunu Salima Mukansanga ta’ Rwanda u Yoshimi Yamashita tal-Ġappun.
//= $special ?>