Lokali Parlament

Tkunux deputati Laburisti tal-pożi

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo appella lid-deputati Laburisti biex ma jkunux deputati tal-pożi quddiem il-liġi dwar l-abort.

Fil-parlament Ivan Bartolo qal li m’hemmx bonn dan l-abbozz għax m’hemmx ċertezza legali. Dan hu gvern li jilgħab bil-kliem, sostn Ivan Bartolo, li kompla li bl-argument tal-gvern, il-persuna huma biss ċelloli.

Ivan Bartolo sostna li l-periklu tas-saħħa hu terminu wiesa’ ħafna u qal li l-abort jista’ jsir anki wara disa’ xhur. Dan hu abbuż fuq is-soċjetà minn gvern li se jgħaddi gaffa minn fuq l-umanità, sostna Ivan Bartolo, li kompla li din mhi pressjoni tal-UE.

Ivn Bartolo qal li ma jafx min hu l-moħħ wara din il-liġi u sostna li l-Laburisti qed iħossuhom orfni bil-ġenituri ħajjin. L-akbar piż hu fuq id-deputati tal-gvern, sostna Ivan Bartolo, li appella lid-deputati Laburisti biex jitolbu l-vot ħieles. Tkunux deputati tal-pożi; iqfulhom, appella Ivan Bartolo.