Doctors for Life qed isegwu mill-qrib l-iżviluppi relatati mal-emenda legali proposta mill-Gvern.
It-tobba nkwetati ħafna dwar il-punti ta’ tħassib li tqajmu minn diversi akkademiċi prominenti fil-‘position paper’ li ppubblikaw. Fil-fatt bħala Doctors for Life nemmnu li l-mod kif inhi miktuba l-emenda kif proposta millgvern ser tiġi interpretata b’mod laxk li tippermetti l-abort għal kwalunkwe raġuni (‘abortion on demand’).
Il-frażi fl-emenda proposta mill-gvern li speċifikament tippermetti li tintemm tqala fejn hemm riskju ta’ periklu għas-saħħa hi partikolarment ta’ tħassib. Din it-terminoloġija hija vaga wisq u sfortunatament wasslet għall-introduzzjoni talabort għal kwalunkwe raġuni f’diversi pajjiżi, l-ewwel fosthom ir-Renju Unit fl1967.
Dan minħabba d-definizzjoni ħolistika tal-kelma ‘saħħa’, li tinkludi ssaħħa mentali u l-benessri. Id-dikjarazzjoni riċenti tal-Prim Ministru titfa’ l-onus tal-interpretazzjoni ta’ din il-liġi vaga fuq it-tabib individwali li jkun qed jagħti l-kura lill-mara. B’hekk, kieku, l-piż tar-responsabbiltà jiġi ttrasferit lit-tabib/tabiba partikolari, u potenzjalment jintefa’ t-tort fuqhom f’każijiet prominenti li jitressqu minn organizzazzjonijiet jew individwi favur l-abort.
B’hekk aħna nendorsjaw bis-sħiħ il-klawżola alternattiva proposta mill-akkademiċi li tgħid: ‘Ma jkun twettaq l-ebda reat taħt l-artikolu 241(2) jew l-artikolu 243 meta lmewt ta’, jew ħsara gravi fuq, tarbija mhux imwielda tirriżulta minn intervent mediku mwettaq bl-iskop li jsalva l-ħajja tal-omm meta jkun hemm riskju reali u sostanzjali ta’ telfien tal-ħajja tal-omm minn marda fiżika.’
Għal dan il-għan, DfL ikkuntattjaw lit-tobba biex jagħtuhom l-opportunità li jendorsjaw l-emenda legali proposta mill-akkademiċi. It-tobba qegħdin jilqgħu dan l-appell b’rata mgħaġġla u din l-emenda alternattiva diġà ġiet endorsjata minn iktar minn 450 tabib.
Fir-Renju Unit il-maġġoranza vasta (iktar minn 98%) tal-aborti jsiru minħabba raġunijiet ta’ saħħa mentali. B’hekk huwa kompletament ġustifikat li dawn l450 tabib u tabiba jinsabu inkwetati li, jekk il-gvern jipproċedi bil-verżjoni kurrenti tal-emenda, l-abort għal kwalunkwe raġuni (‘abortion on demand’)
dalwaqt jista’ jsir realtà f’Malta.
DfL isostnu l-importanza kritika li tiġi pprovduta kura psikjatrika eċċellenti linnisa tqal kollha bi problemi ta’ saħħa mentali. Fortunatament, il-mediċini psikjatriċi li huma disponibbli llum il-ġurnata jinkludi diversi għażliet li jistgħu jingħataw waqt it-tqala b’mod relattivament sigur, u l-ispeċjalisti lokali jipprovdu servizz tas-saħħa mentali perinatali tajjeb ħafna li jiżgura livell għoli ta’ kura għan-nisa tqal. Nisa li qed jesperjenzaw tqala fi kriżi jeħtieġu wkoll sapport psikoloġiku, soċjali u finanzjarju li jindirizza l-bżonnijiet tagħhom b’mod ħolistiku. DfL iħeġġu lill-gvern biex ma jikkunsidrax l-abort bħala sostitut għallkura psikjatrika jew għas-sapport mill-komunità.
Jekk l-intenzjoni tal-gvern hija li tiġi protetta l-ħajja tal-mara u jingħata serħan tal-moħħ lit-tobba li qed jieħdu ħsiebha, ma għandu jkun hemm l-ebda xkiel għall-addozzjoni u l-implimentazzjoni tal-klawżola tal-akkademiċi.
DfL iheġġu lill-pubbliku biex jiffirma l-petizzjoni fuq salvani.eu li tendorsja lklawżola alternattiva tal-akkademiċi u jingħaqdu ma’ iktar minn 19,000 ċittadin inkwetati li diġà ffirmaw.
DfL iħeġġu wkoll lill-pubbliku biex isemmgħu leħinhom billi jattendu l-Protesta Nazzjonali li ser issir dan il-Ħadd 4 ta’ Diċembru fit-3pm quddiem Kastilja, ilBelt.
//= $special ?>