Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara waqgħa minn gallarija

Ritratt: Arkivji

Raġel ta’ 57 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar metru u nofs minn gallarija għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel kellu bżonn l-assistenza medika. Tim mediku ta l-assistenza fejn aktar tard ħadu lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Hemmhekk, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.