16:00 – GRUPP F – KROAZJA V BELĠJU
Il-Belġju, it-tim li kien favorit li jirbaħ Grupp F, possibbilment jinsab 90 minuta bogħod minn eliminazzjoni bikrija. Il-pressjoni tinsab fuq dik li hi msejħa “il-Ġenerazzjoni tad-Deheb” tal-Belġju. Huma batew kontra l-Kanada iżda kisbu r-rebħa madankollu ma ġralhomx l-istess kontra l-Marokk.
Il-kowċ Roberto Martinez jinsab fil-mira tal-kritika speċjalment minħabba li dawk li qed jiġu deskritti bħala inkwiet bejn il-plejers. Hu jittama li l-attakkant Romelu Lukaku ikun tajjeb biex jibda mill-bidu.
Il-Kroazja kellha tirkupra minn ħasda inizjali kontra l-Kanada iżda r-reazzjoni tagħhom wasslet biex kisbu rebħa kbira li tgħinhom ukoll fil-moral qabel dan il-konfront importanti. Punt ikun biżżejjed għall-finalisti tal-aħħar edizzjoni.
KANADA V MAROKK
Il-Marokk tinsab b’ċans li testendi l-esperjenza fit-Tazza tad-Dinja hekk l-importanti li ma titlifx. Probabbilment it-tim Afrikan hu s-sorpriża ta’ din l-edizzjoni hekk kif ħadu punti kontra l-Kroazja u l-Belġju u għadhom ma sofrewx gowl.
Huma se jaffrontaw lit-tim Kanadiż li hu diġà eliminat iżda li żgur se jipprova jsellem il-kompetizzjoni tal-anqas b’parità. Il-Kanadiżi ħallew impressjoni tajba speċjalment fl-ewwel logħba iżda ma kisbu xejn għal dak li ħolqu.
//= $special ?>