Internazzjonali

Il-Brażil: Diversi mejtin u neqsin fost valanga

Numru ta’ nies tilfu ħajjithom, b’għexieren oħra jintilfu wara li valanga tal-art niżlet direttament għal fuq triq prinċipali fin-nofsinar tal-Brażil.

Parti kbira tat-triq magħrufa bħala BR-376, fl-Istat ta’ Parana, spiċċat mgħarrqa taħt il-gliegel tat-tajn fost rapporti li l-valanga kaxkret magħha numru sostanzjali ta’ vetturi.

Intant, il-ħaddiema tas-salvataġġ fuq il-post qalu li sabuha diffiċli ħafna biex jilħqu dik iz-zona iżolata u li l-maltemp kien qed ifixkel l-isforzi ta’ fejda.

Dan waqt li l-iskwadri għall-emerġenzi kienu qed jużaw it-thermal cameras biex jindikaw is-siti tan-nies mitlufa u li setgħu salvaw fiċ-ċirkustanzi. It-tfittxija kienet għaddejja għal bejn 30 u 50 ruħ li ma dehrux aktar wara l-valanga.