Kanada 1-2 Marokk
Kontra kull mistenni, il-Marokk spiċċaw l-ewwel fi Grupp F meta fl-Al Thumama Stadium huma għelbu lill-Kanada 2-1 biex spiċċaw b’7 punti minn tliet partiti. Minn naħa tagħhom il-Kanada spiċċaw fl-aħħar post bl-ebda punt miksub.
Għaddew biss erba’ minuti u l-Marokk imorru minn fuq meta l-goalkeeper Kanadiż Milan Borjan ħareġ minn postu u żbalja l-pass tiegħu bil-ballun jiġi għand Hakim Ziyech li minn tliet kwarti ta’ ground tefa’ ġewwa b’lasta vojta.
Il-Marokk irduppjaw fit-23 minuta meta Achraf Hakimi għadda ballun preċiż lil Youssef En Nesyri li wara li kkontrolla tajjeb b’xutt fil-baxx għeleb lil Brojan.
Il-Kanada daħlu lura fil-partita fl-40 minuta meta f’tentattiv li jtajjar il-periklu l-plejer ta’ West Ham Nayef Aguerd wettaq awto-gowl biex l-ewwel taqsima ntemmet 2-1 favur il-Marokk.
L-ewwel periklu serju fit-tieni taqsima wasal fit-72 minuta mill-Kanada meta l-ewwel kien Atiba Hutchinson li minn korner għola tajjeb u bir-ras laqat il-mimduda u mir-rebound Alistair Johnston bir-ras ukoll tefa’ għoli. Wara dan, ix-xuttijiet lejn il-lasti kienu limitati bl-iskor jibqa dak ta’ 2-1 favur il-Marokk li rebħu Grupp F u għaddew għall-fażi li jmiss.
//= $special ?>