Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Il-partitarji Iranjani jilqgħu lura l-iskwadra b’sens ta’ dispjaċir u apatija

(Ritratt: EPA)

L-iskwadra nazzjonali tal-Iran ġiet milqugħa lura fil-pajjiż minn bosta partitarji fejn evidentament deher li l-poplu Iranjan mhuwiex kuntent bir-ritorn tat-tim kif ukoll bil-prestazzjoni tagħhom fil-kompetizzjoni, speċjalment bit-telfa kontra l-Istati Uniti meta tikkunsidra l-protesti vjolenti li għaddejin kontra l-gvern Iranjan.

Id-dimostranti kontra l-gvern saħansitra ċċelebraw it-telfa li sofrew kontra l-Istati Uniti b’allegrija u logħob tan-nar, dan għaliex id-dimostranti jikkunsidraw l-iskwadra tal-Iran bħala simbolu tar-reġim.