Lokali

Imut wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel f’żewġ karozzi pparkjati f’Għawdex

Raġel ta’ 79 sena residenti Għajnsielem miet wara li tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq u kellu impatt ma’ żewġ karozzi pparkjati.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija fi Triq l-Ixprunara, Għajnsielem, Għawdex.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex iżda sfortunatament, huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech fejn ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.