Lokali Parlament

Jeħtieġ għajnuna għal iktar sigurtà fil-kmamar tan-nar

Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal fl-Aġġornament tal-parlament li wasal iż-żmien li jkun hemm għajnuna iktar biex tissaħaħ is-sigurtà fil-kmamar tan-nar.

Toni Bezzina tkellem dwar kif il-media tirrapporta ċertu inċidenti b’riferenza għall-mewt ta’ Nardu Camilleri li miet fl-aħħar ġranet fi splużjoni tal-kamra ta’ nar. Hu qal li mhux ġust li l-familjari jsiru jafu b’dak li ġara minn fuq il-meida u appella biex ikun hemm prudenza kbira minn dawk li jiktbu fil-media.

Toni Bezzina sostna li għandu jkun ikkunsidrat anki l-ħin meta jkunu mxandra l-aħbarijiet.