Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

L-eroj tal-Awstralja Matthew Leckie b’dixxendenza Maltija

(Ritratt: EPA)

Mathew Leckie, l-attakkant Awstraljan li bil-gowl tiegħu kontra d-Danimarka ta lil pajjiżu passaġġ storiku għar-rawnd li jmiss tat-Tazza tad-Dinja, għandu dixxindenza Maltija.

Dan hekk kif in-nanniet ta’ Leckie huma Catherina u Salvatore Farrugia, li emigraw lejn l-Awstralja fis-snin 20 u kellhom sitt’itfal.

Mathew beda l-karriera tiegħu fl-Awstralja, biex mbgħad kellu esperjenzi ma’ Borussia Mönchengladbach, FSV Frankfurt 1899, FC Ingolstadt 04 u Herta Bsc tal-Ġermanja.

Leckie s’issa lagħab 76 logħba u skurja 14-il gowl mat-tim nazzjonali ewlieni tal-Awstralja.