Lokali

‘MPs for Puttinu’ b’risq Puttinu Cares

“Għandna nimxu fuq il-passi ta’ Robert Arrigo u nkomplu naħdmu f’għaqda flimkien sabiex ngħinu lil dawk in-nies l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà Maltija. Għaliex jekk mhux aħna .. zgur li nafu lil xi ħadd li għandu bżonn l-għajnuna”

Dan kien il-kliem tal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anglu Farrugia hekk kif il-Ħamis filgħodu ġiet imnedija inizzjativa b’risq Puttinu Cares bl-isem ‘MPs for Puttinu’ – Inizzjativa li nibtet minn idea tal-ex Viċi-Kap tal-PN u deputat Nazzjonalista Robert Arrigo, u tkompliet permezz tal-ħidma mill-membri taż-żewġ naħat tal-kamra flimkien ma’ Malta Futsal Association u l-Malta Netball Association; inizjattiva li se ssir fid-9 ta’ Diċembru li ġej fil-ground tan-netball f’Pembroke.

F’din l-inizzjativa iż-żewġ naħat tal-kamra ser jingħaqdu u se jieħdu sehem f’diversi logħbiet tan- netball, u l-flus li ser jinġabru permeżż ta’ din l-iniżjattivà se jmorru b’risq Puttinu Cares.

Kien propju l-ex Viċi-Kap tal-PN u deputat Nazzjonalista Robert Arrigo li beda din l-inizzjativà, fejn anka fl-aħħar jiem ta’ ħajjtu xorta waħdu baqà attiv jipprova jgħin lin-nies vulnerabbli. Filfatt preżenti għal din it-tnedija kien hemm martu, Marina Arrigo.

Waqt din it-tnedija, il-membri taz-zewg naħat tal-kamra ppreżentaw ukoll gear iffirmat mill-membri kollha tal-Parlament, sabiex fil-jum li fih se ssir din l-inizzjativà ikun jistà jinbiegħ bl-irkant b’risq Puttinu Cares. Ingħata ukoll gear tat-tim Irlandiż, li se jkun irkantat.

Minn naħa tiegħu, id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar, ippreżenta banner uffiċjali mogħtija mill-Club ta’ Tottenham Hotspur, it-team favorit ta’ Robert Arrigo li intbgħat mill-Club apposta sabiex jingħata għall-irkant. Preżenti għal din it-tnedija kien hemm ukoll il-President ta’ Malta Futsal Association Mark Borg, u Martina Fenech, wiċċ sinonimu ma’ Puttinu Cares illi irrigrazzjat liż-żewġ naħat tal-kamra għal din l-inizjattiva ħelwa li bla dubju se tgħin lil bosta.

Preżenti għat-tnedija kien hemm ukoll il-whip Laburista Andy Ellul.