Sport Sport Ieħor

Pool: Każin Banda San Ġorġ jirbħu l-kompetizzjoni knock-out

It-tim tal-Kazin Banda San Ġorġ huma r-rebbieħa tal-kompetizzjoni knock-out, organizzata mill-Malta Pool Association, riservata għall-kategorija tat-Tieni u Tielet Divizjoni.

Fil-finali Qormi għelbu lil PL Żejtun bl-iskor ta’ 11-5. Qormi fetħu vantaġġ ta’ 5-0 pero l-players ta’ Żejtun wetqqu rimmonta tajba u għamlu l-iskor 5-4. Fil-frame ta’ wara l-plejer ta’ Żejtun kellu okkazzjoni tajba ħafna li jagħmel l-iskor indaqs pero’ żball fatali xejjen l-okazzjoni li dawwret l-andament tal-partitra favur it-tim ta’ Qormi li approfitta u ddomina sal-aħħar biex għalaq il-partita b’distakk notevoli ta’ 11-5.

It-tim ta’ Kazin Banda San Ġorġ kien magħmul minn Duncan Edwards, Tonio Cassar, Kevin Mercieca, Clayton Attard, Alfred Attard, Ezio Fenech, Vince Saliba, Joseph Casha, Wallace Muscat, Denzel Falzon, Dielyn Edwards u Sacha Gauci.