Lokali Parlament

Riżenji, abbużi, tkissir, frakass, diżastri… basta jgħidu li l-aqwa fid-dinja

Ivan Bartolo, PN

Fl-Aġġornament tal-parlament id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo semma’ r-riżenji mill-Pulizija, il-frakass fejn hemm iż-żgħażagħ u s-sitwazzjoni diżastruża fis-settur tal-anzjani li qed jissawtu u sostna li basta l-gvern jgħid li hu l-aqwa fid-dinja meta hawn abbużi minn flus il-poplu u qisu mhu jiġri xejn.

Il-gvern stupra Kemmuna, qaleb il-valuri u l-prinċipji, kisser it-toroq f’Għawdex u fil-Mosta u x-xogħlijiet għadhom għaddejjin.

Hu qal li xejn ma jibqa’ fid-dlam u wera tama li huma stess jirrealizzaw li qed jidħku bil-poplu kif għamlu qabel l-elezzjoni bil-kuntratti tad-djar iżda dawn in-nies għadhom barra bla post.

Ivan Bartolo sostna li hemm problemi bil-lifts fl-appartamenti fejn il-Ministru qed jammetti li hawn problema kbira ta’ lifts. Il-korruzzjoni xorbot dejjem iż-żgħir fejn l-artijiet qed jingħataw b’xejn lill-barranin. Saltna ma ġustizzja hi biss ċorma ta’ ħallelin; il-politika ġabuha l-arti tal-ħallelin, sostna Ivan Bartolo.