Internazzjonali

Sheffield: Appell biex jinstab tifel ta’ 12-il sena maħsub li ġie maħtuf

Bħalissa għaddejja investigazzjoni mill-Pulizija ta’ Sheffield hekk kif tifel ta’ 12-il sena ilu rraportat nieqes iktar minn jumejn… bil-Pulizija qed tissuspetta li dan ġie maħtuf.

It-tifel, li jismu Mark, deher l-aħħar liebes kollox iswed, b’ġakketta u żarbun abjad u blu.

Il-Pulizija qed iżommu taħt il-kustodja tagħhom lil raġel ta’ 46 sena fejn qed jinterrogawh fuq suspett ta’ ħtif tat-tifel.