Futbol Sport

Steve Heighway jirtira mill-akkademja ta’ Liverpool wara kważi 40 sena

L-eks plejer ta’ Liverpool mis-snin 70 u 80 Steve Heighway iirtira mill-irwol li kellu bħala kowċ fl-akkademja tar-Reds fl-età ta’ 75 sena.

Wara karriera mill-aqwa ta’ plejer, fejn lagħab xejn inqas minn 475 darba u skorja 76, filwaqt li rebaħ bosta unuri fosthom il-Kampjonat u t-Tazza Ewropea, fl-1989 huwa aċċetta l-offerta ta’ Liverpool biex isir Head of Youth Development. F’dan l-irwol Heighway dam 18-il sena fejn wassal plejers bħal Jamie Carragher, Robie Fowler, Micheal Owen u Steven Gerrard biex għamluha mal-iskwadra ewlenija.

Huwa rtira fl-2007 iżda fl-2015 l-Academy Manger Alex Inglethorpe talbu jirritorna fuq bażi part-time iżda wara ftit ingħata rwol full-time bħala konsulent.

Waqt li kien qed jitkellem ma’ Liverpoolfc.com Inglethorpe qal li Heighway iddeċieda li issa huwa l-aħjar żien li jieqaf mill-irwol tiegħu mal-klabb. Huwa qal ukoll li lleġġenda ta’ Liverpool ma kellux biss suċċess bħala plejer, iżda fl-40 sena karriera fil-coaching kien strumentali fis-suċċess ta’ plejers kbar li lagħbu ma’ Liverpool.

Fl-aħħar nett Inglethorpe irringrazzja lil Heighway tal-gwida li ta mhux lilu biss iżda lill-akkademja kollha matul is-snin.

Heighway lagħab ma’ Liverpool bejn l-1970 u l-1981