Lokali

Tisfronda parti minn triq f’San Pawl il-Baħar

Uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fi Triq Xagħra tal-Bandieri f’San Pawl il-Baħar wara li sfrondat parti mit-triq bil-konsegwenza li numru ta’ garaxxijiet spiċċaw mirdumin taħt il-ġebel.

Il-każ seħħ tard il-Ħamis waranofsinhar meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li kawża ta’ xi xogħol li kien għaddej fiż-żona ċediet parti mit-triq kawża ta’ xi ħsarat li nħolqu.

Konsegwenza ta’ dan kollu jidher li xi appartamenti spiċċaw bid-drenaġġ ġewwa bir-residenti jkollhom joħorġu ‘l barra minn darhom.

Fil-post ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija, membri tas-CPD kif ukoll tim mediku bħala prekawzjoni hekk kif s’issa għadu mhux magħruf jekk hemmx xi persuni mirdumin taħt il-ġebel.