Lokali

Titħabbar il-mewt ta’ Carmen Tanti tal-Greenfields

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt tal-kantanta Maltija, Carmen Tanti, magħrufa bħala tal-Greenfields.

Carmen mietet fl-età ta’ 75 sena hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu kien għeluq sninha.

Carmen qed tkun meqjusa minn dawk li kellhom ix-xorti jiltaqgħu magħha tul ħajjitha bħala persuna simpatika, umli, u qalbha tajba.

Carmen flimkien mar-raġel tagħha Joe Tanti, kif ukoll il-ħabib tagħhom Charles Bajada kienu ffurmaw The Greenfields fis-6 ta’ Marzu tal-1970 fejn fil-bidu kienu jinterpretaw kanzunetti tal-grupp The Seekers.