Internazzjonali

Xeni spettakolari tal-iżbroff tal-vulkan f’Hawaii

Hekk kif l-ikbar vulkan attiv fid-dinja qed jiżbroffa, diversi filmati u ritratti qed juru xeni spettakolari.

Madanakollu, minkejja li mill-bogħod u fuq it-televiżjoni jidher pjuttost sabiħ… l-awtoritajiet avżaw lir-residenti li joqgħodu viċin biex jippreparaw għall-evakwazzjoni jekk il-vulkan ikompli jiżbroffa tant li jasal lejn żoni residenzjali.

Dawk li jbatu minn problemi respiratorji qed jintalbu biex jieħdu ħsieb saħħithom minħabba l-fatt li mal-iżbroff tal-vulkan qed joħroġ irmied fin.

Il-vulkan, li jinsab fil-Hawaii, beda jiżbroffa il-Ħadd li għadda wara li kien ilu ma jiżbroffa sa mill-1984.