Lokali

Anke l-eks Deputat Laburista Luciano Busuttil kontra l-liġi tal-abort

L-abbozzar tal-emenda xejn ma huwa feliċi. Kif inhi proposta, qed tagħti lok biex l-abort jidħol f’pajjiżna.

Dan huwa dak li sostna l-eks Deputat Parlamentari Laburista Luciano Busuttil fejn tenna li l-kelma “saħħa” f’din l-emenda għall-Kodiċi Kriminali hija kelma wiesgħa ħafna – sentiment li kien espress ukoll fl-aħħar jiem minn 450 tabib, illi spjegaw li l-kliem użat huwa “vag”, u allura jagħti lok għal-interpretazzjonijiet differenti.

Fl-aħħar jiem, l-emenda li ressaq Robert Abela qajmet dibattitu nazzjonali, b’esponenti Laburisti, u anki Deputati tal-Partit Laburista jinsabu maqsuma dwar  l-introduzzjoni tal-abort f’Malta… u l-mod kif tpoġġa l-kliem f’din l-emenda.

Sal-Ħamis, 450 tabib, 80 espert u akkademiku, 44 għaqda, fosthom il-Kamra tal-Ispiżjara tkellmu b’saħħa kontra din il-liġi li qed jimbotta l-Prim Ministru Robert Aberla. U issa…mal-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca…jinghaqad ukoll l-eks Deputat tal-Labour Luciano Busuttil.

Dawn u bosta oħrajn ilhom għal dawn l-aħħar jiem jappellaw lill-Prim Ministru Robert Abela sabiex jekk verament ma jridx idaħħal l-abort f’pajjiżna, ħaġa li l-poplu ma tahx mandat biex jagħmel, jemenda l-liġi li qed jipproponi.

Diversi esperti saħqu li kif inhi miktuba l-liġi, mhux biss tiftaħ lok għal kwalunkwe eventwalità ta’ periklu  fuq is-saħħa tal-omm…jiġifieri kemm fiżika kif ukoll mentali…. iżda anke t-terminazzjoni tat-tqala; fi kliem sempliċi, il-qtil tat-tarbija fil-ġuf jista’ jitwettaq anke fid-disa xahar tqala.

Doctors for Life minn naħa tagħhom spjegaw li aktar minn 450 tabib iffirmaw petizzjoni li tappoġġja emenda fil-liġi kif proposta. Għaliex kif inhi bħalissa… qed tiftaħ tieqa għall-abort f’pajjiżna.

Anke l-PN, waqt id-dibattitu li għaddej fil-Parlement, baqa’ jitkellem b’saħħa kontra l-abort.