Lokali

Frott il-ħidma ta’ Robert Arrigo fit-turiżmu

Ċelebrazzjoni ta’ ħajjet Robert Arrigo. Ċelebrazzjoni ta’ Robert Arrigo fis-settur turistiku. 

Il-Ġimgħa, il-familja Arrigo organizzat attività li tfakkar il-50 sena ta’ Robert Arrigo fis-settur tat-turiżmu; snin mimlija ħidma u suċċess fejn xhieda ta’ dan kienet din l-attività li primarjament kien Robet Arrigo stess li beda jippjanaha.

L-aħħar attività bħal din  kienet saret fl-2019, b’uliedu jgħidu li qatt ma kien hemm ħsieb li huma jwasslu xi diskors f’attività simili. 

Għal din l-okkazjoni kienu mistiedna għadd ta’ membri distinti, inkluż il-Kap tal-PN Bernard Grech illi faħħar il-memorja ta’ Robert Arrigo; persuna li kont issibu dejjem lest biex jgħin.

Il-Kap tal-PN qal li Robert Arrigo kien persuna li dejjem żamm kellmtu, kien determinat  u kien pijunier tad-defenizzjoni tal-irġulija.

Fid-diskorsi wkoll issemma’ wieħed mill-motos li kien jemmen fih Robert Arrigo.. fittex u irnexxi, kliem li Robert kien jgħid spiss u li kienu parti mis-suċċess ta’ ħajtu. Intant il-Ħadd 11 ta’ Diċembru l-familja ta’ Robert Arrigo se tkun qed ittella’ attività oħra, b’risq Puttinu Cares.