Sport Sport Ieħor

Ibburdjar: It-22 edizzjoni tal-Mapfre International Regatta

Bejn is-17 u l-20 ta’ Dicembru, il-Malta Young Sailors Club se jorganizza it-22 Edizzjoni tal-Mapfre Euromed International Regatta, avveniment internazzjonali li bħal kull sena jattira bosta partecipanti żgħażagħ fil-qasam tal-ibburdjar mill-Ewropa.

S’issa aktar minn 200 parteċipant ikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom. B’kollox apparti numru sabiħ ta’ parteċipanti Maltin se jieħdu seħem flimkien ma’ baħħara minn Bahrain, Bulgarija, Ċipru, Greċja, Irlanda, Iżrael, Italja, Olanda, Renju Unit, Rumanija, Spanja, Tajlandja ,Turkija, Ukrajna u Żvizzera. Ic-Ċerimonja tal-Ftuħ tat-22 edizzjoni tal- Mapfre Euromed International Regatta għandha ssir il-Ġimgħa 16 ta’ Dicembru.