Waqt il-partita minn Grupp H bejn il-Ghana u l-Urugwaj wara konsultazzjoni tal-VAR il-Ghana ingħataw penalty fil-21 minuta għal foul fuq Mohammed Kudus. Mill-11-il metru jmur fuq il-ballun Andre Ayew li jixxutja fil-baxx iżda l-goalkeeper Urugwajan Sergio Rochet jilqa’.
Din kienet ripetizzjoni għal dak li ġara fil-partita bejn iż-żewġ timijiet fil-kwarti tal-finali tal-edizzjoni tal-2010.
Il-partita dakinhar marret għall-ħin barrani wara li l-iskor sad-90 minuta kien 1-1. Fl-aħħar minuta tal-ħin barrani il-Ghana kienu għoddhom skorjaw il-gowl li kien se jpoġġihom fis-semi finali iżda hekk kif il-ballun kien iddestinat għal ġox-xibka, Luis Suarez tajjar il-ballun b’idu. Ovjament u inevitabli Suarez tkeċċa u ingħata penalty favur il-Ghana. Mill-11-il metru inkariga mill-penalty Asamoah Gyan, dakinhar plejer ta’ Rennes li tefa’ barra u eventwalment il-partita marret għall-għoti tal-penalties fejn kienu l-Urugwaj li għaddew.
//= $special ?>