Il-Kamerun temmet l-impenji tagħha fi Grupp G b’rebħa ta’ 1-0 kontra l-Brażil. Għalkemm din ir-rebħa ma fissritx kwalifikazzjoni mal-aħħar 16, żgur li niżlet tajjeb mal-poplu tal-Kamerun hekk kif din ir-rebħa titqies bħala waħda prestiġjuża.
Minkejja t-telfa, il-Brażil xorta spiċċat rebbieħa ta’ Grupp G u tilgħab kontra l-Korea ta’ Isfel mal-aħħar 16. Il-kowċ nazzjonali Brażiljan Tite serraħ diversi plejers mill-formazzjoni regolari.
Il-gowl li fired liż-żewġ timijiet wasal fil-91 minuta. Kross preċiż mil-lemin fil-kaxxa sab lil VINCENT ABOUBAKAR li b’daqqa ta’ ras delizzjuża għar-rokna ma tax ċans lil Ederson.
Il-Brażil setgħet ġabet id-draw fl-aħħar minuti b’diversi okkażjonijiet. Daqqa ta’ ras ta’ Gabriel Martinelli għaddiet ftit barra u ftit wara Bruno Guimaraes xeħet għoli minn pożizzjoni tajba.
//= $special ?>