Fl-Education City Stadium, il-Korea t’Isfel għelbu lil Portugall 2-1 biex b’differenza ta’ gowl wieħed għaddew għall-fażi li jmiss flimkien mal-Portugall.
Wara biss ħames minuti l-Portugall marru fil vantaġġ permezz ta’ Ricardo Horta li rċieva pass mingħand Diogo Dalot u minn quddiem Kim ma żbaljax.
Il-Koreani għamlu l-iskor indaqs fis-27 minuta minn Young-Gwon Kim li minn rebound b’xutt fil-baxx għeleb lil Costa.
Il-Portugall marru viċin fil-35 minuta meta Diogo Dalot mid-distanza ttanta xortieħ iżda sab lil Kim attent li wettaq save mill-aqwa u dawwar f’korner. Kim reġa kien protagonist fit-42 minuta meta b’save ieħor mill-aqwa salva parzjalment ix-xutt ta’ Vitinha u mir-rebound Cristiano Ronaldo bir-ras tefa’ barra.
Bil-logħob ikun wieħed maqsum fit-tieni taqsima, il-Korea t’Isfel kisbu l-gowl li kellhom bżonn permezz ta’ Hee-Chan Hwang li mill-viċin wara kross ta Son, għeleb lil Costa u tefa’ lill-partitarji Koreani f’dillerju ta’ ferħ.
Il-Koreani kellhom jistennew l-eżitu tal-partita l-oħra li kienet għada għaddejja fejn ir-riżultat sat-tisfira finali baqa’ dak ta’ 2-0 favur l-Urugwaj u għalhekk dan ma kienx biżejjed minħabba li l-Korea t’Isfel kellhom differenza ta’ gowl wieħed biss aktar.
//= $special ?>