Lokali

“Il-liġi kif proposta mill-Gvern ta’ Robert Abela hija wisq vaga” – Profs George Buttigieg

Il-liġi kif qed jipproponiha l-Gvern hija vaga u żgur se twassal għall-abbuz. Hekk stqarr il-ġinekologu George Buttigieg waqt li kien intervistat fil-programm Net Live minn Robert Cremona fejn sostna li meta kien l-Ingliterra ta’ kuljum kien jara persuni li kienu jabbużaw minn din il-liġi.

Dwar il-kaz ta’ Prudente, il-Professur Buttigieg fakkar kif l-Avukat tal-Istat stess qal li ħajjitha qatt ma kienet fil-periklu. George Buttigieg stqarr li jekk ħajjet Prudente ma kinitx fil-periklu, bil-liġi l-ġdida lanqas hi ma kienet tibbenifika minn din il-liġi.

Matul l-intervista, il-Professur Buttigieg jgħid li bħala ġinekologu huwa dmir tiegħu li jitkellem fuq din il-liġi li jrid idaħħal Robert Abela.