Sport Sport Ieħor

Ir-Rally ta’ Dakar 2023 se ssir fl-Arabja Sawdija

(Ritratt: EPA)

‘Be Afraid’ jew aħjar ‘ Ibżgħu’ . Dak huwa l-motto tar-Rally ta’ Dakar 2023 li se jkun ir-raba’ wieħed fl-Arabja Sawdija. L-ewwel edizzjoni tar-Rally kienet saret fl-1979 u wara għaxar edizzjonijiet fl-Amerika t’Isfel, fl-2019 saret l-ewwel edizzjoni fl-Arabja Sawdija. Dettalji dwar l-edizzjoni 2023 ingħataw mid-direttur tat-tellieqa David Castera li ħabbar li l-kompetizzjoni se tibda fil-31 ta’ Dicembru u tintemm fil-15 ta’ Jannar 2023.

Din l-edizzjoni se tkun qed tikkonsisti fi ħmistax-il ġurnata ta’ kompetizzjoni u se tiġbor kompetizzjoni fil-ftuħ u wara erbatax-il stadju. Din is-sena se jkun hemm erbat ijiem ta’ kompetizzjoni fid-deżert vast ta’ Rub’ al-Khali magħruf bħala ‘il-kwartier vojt’ – ambjent diffiċli u kif jgħid il-motto ‘Tal-biża’. Dan jinsab fit-tramuntana tal-penisola Sawdija. F’din l-edizzjoni mistennija jieħdu sehem 455 vettura u 865 sewwieq fosthom ir-rebbieħa tal-edizzjoni 2022 Nasser Al-Arriyah fil-kategorija vetturi u Sam Sunderland fil-kategorija muturi.