Lady Susan Hussey, li għandha 83 sena, nhar il-Ħamis li għadda rriżenjat minn membru onorarju tal-familja Irjali wara kontroversja dwar kummenti razzisti.
Waqt riċeviment li sar f’Buckingham Palace organizzat minn mart ir-Re Karlu għan-nisa li jaħdmu biex jiġġieldu l-vjolenza domestika, Ngozi Funali – Kap Eżekuttiv ta’ Sistah Space – sostniet li Hussey ripetutament staqsietha minn fejn “verament hi” wara li kienet diġa qaltilha li kienet Ingliża.
“Ir-razziżmu m’għandux post fis-soċjetà tagħna,” qalet stqarrija maħruġa mill-Palazz ta’ Kensington.
“Dawn il-kummenti kienu inaċċettabbli, u huwa tajjeb li l-individwu warrab minn jeddu b’effett immedjat.”
L-inċident reġa’ qajjem allegazzjonijiet ta’ “razziżmu istituzzjonali” fil-Palazz Irjali.
Ngozi Fulani, stqarret f’post twil fuq Twitter, li meta qalet lill-Hussey, li kienet mil-Lvant ta’ Londra, hija weġbitha, “Le, minn liema parti tal-Afrika int?”
Hussey serviet bħala l-Lady in Waiting, tar-Reġina Eliżabetta II, għal aktar minn 60 sena u hija waħda mill-parrini ta’ William. Fi stqarrija minn Buckingham Palace ingħad li hija skużat ruħha għal “kummenti inaċċettabbli” tagħha.
//= $special ?>