Lokali

Kuċċier iweġġa gravi fil-Gudja

Kuċċier ta’ 70 sena, residenti l-Gudja weġġa gravi fi Triq Victor Pasmore, il-Gudja.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħodu meta għal xi raġuni ż-żiemel sfratta, bil-konsegwenza li l-kuċċier waqa’ minn fuq ix-xarretta. Konsegwentement, iż-żiemel ħarab iżda ġie kkontrollat minn xi nies.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post flimkien ma’ tim mediku li ta l-assistenza u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.