Lokali

Mara fil-periklu tal-mewt wara nirien li ħakmu residenza f’Ħal Qormi

Mara ta’ 64 sena sofriet ġrieħi serji u tinsab fil-periku tal-mewt wara li nirien ħakmu residenza f’Ħal Qormi.

In-nirien seħħ il-Ħamis filgħaxija għal xid-disgħa u kwart fi Triq l-Aħwa Zammit.

Immedjatmaent fuq il-post issejħu l-Pulizija kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien, kif ukoll tim mediku.

Raġel ta’ 41 sena rnexxielu joħroġ mid-dar waħdu, filwaqt li mara ta’ 64 sena ġiet salvata minn membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn ġiet iċċertifikata li tinsab f’kundizzjoni serja u tinsab fil-periklu tal-mewt. Ir-raġel ma sofra ebda ġrieħi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.