Wara li l-Aditus, il-Moviment Graffiti, Women for Women, Marie Louise Coleiro Preca u Luciano Busuttil fost l-oħrajn sejħu l-emenda ta’ Robert Abela bħala introduzzjoni tal-abort… illum saqsejna lill-Prim Ministru Robert Abela jekk dawn hux jigdbu jew le.
Robert Abela, qed jagħżel li jinjora dan il-kor ta’ kundanna, u r-reazzjonijiet iebsin li qed ikollu dwar din il-liġi tal-abort – fejn sal-Ġimgħa stess, għażel li jaħrab mid-domandi diretti ta’ Net News u b’mod partiġġjan juża l-mewt ta’ Robert Arrigo biex ma jweġibx dwar l-abort.
Abela wkoll ħarab minn tentattiv fejn saqsejna għaliex qed jibqa’ jeħodha wkoll kontra dak li qalet il-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca.
//= $special ?>