Huwa mifhum li sa 13-il elf suldat Ukren inqatlu mill-bidu tal-invażjoni tar-Russja sal-lum.
Il-konsulent tal-President Ukren Volodymyr Zelensky, qal li s’issa mietu bejn 10 elef u 13-il elf suldat. Iżda dawn iċ-ċifri ma ġewx ikkonfermati mill-militar tal-pajjiż.
Ix-xahar li għadda, l-aktar ġenerali anzjan tal-Istati Uniti, Mark Milley, stqarr li madwar 100 elf suldat Russu u 100 elf Ukren kienu nqatlu jew ndarbu mill-bidu tal-gwerra ‘l hawn.
Nhar l-Erbgħa, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von der Leyen qalet li nqatlu 100 elf suldat Ukren. Madankollu kelliem għall-Kummissjoni aktar tard iċċara li dan kien żball, u li ċ-ċifra kienet tirreferi għall-maqtula kif il-midruba.
Sorsi stabilixxew li mill-anqas 9,311-il suldat Russu ta’ kull grad inqatlu mill-invażjoni li bdiet fl-24 ta’ Frar li ghadda…filwaqt li n-numru reali ta’ mwiet jista’ jkun ta’ aktar minn 18-il elf u sitt mija.
//= $special ?>