Lokali

Tkeċċa mill-klikka ta’ Robert Abela għax ħareġ għonqu għal Joseph Muscat

“Lili waqfuli l-programm għax kont naprezza u niddefendi l-ħidma politika ta’ Rosianne Cutajar u Joseph Muscat”

Hekk sostna f’xandira diretta fuq il-midja soċjali, l-issa eks xandar tal-magna propogandistika Laburista Manwel Cuschieri fejn elenka żewġ raġunijiet għaliex ġie mwaqqaf u mkeċċi mill-midja tal-Labour mill-amministrazzjoni Laburista preżenti.

Inevitabbilment persuna tistaqsi kif wieħed mix-xandara politiċi sinonimu mal-midja tal-Labour tkeċċa għaliex kien jitkellem favur Deputat Laburista preżenti, deputat li minkejja li preżentament hija backbencher xorta waħda hija waħda mill-uċuħ prominenti tal-Gvern ta’ Abela.

Iżda din il-frizzjoni fil-grupp parlamentari tal-labour ma jinsabx biss bejn id-Deputati…iżda anke bejn il-faxxa ta’ Abela…u dik tal-predeċessur tiegħu, Joseph Muscat.

Dan hekk kif Manuel Cuschieri insista li raġuni oħra għalfejn waqfulu l-programm Linja Diretta fuq il-ONE kienet għaliex iddefenda apertament lil Muscat.

Cuschieri attakka l-amministrazzjoni u kixef l-arroganza li ntlaqa’ biha.

Huwa esprima l-weġgħat li għandu u kixef daqsxejn it-tensjoni li hemm preżentament fl-istazzjon ONE hekk kif saħaq li dan huwa l-grazzi li ngħata għal 30 sena sħaħ ta’ ħidma bla ħlas….filwaqt li lil ħaddieħor, skond hu, jilqugħ bit-tapit l-aħmar.

Bosta fuq il-midja soċjali sostnew li taqbel jew ma taqbilx miegħu d-domanda tiġi waħeda..persuna leali lejn il-Labour trattawh b’dan il-mod, aħseb u ara meta tiġi d-daqqa lilek x’jagħmlulek. Il-programm Linja Diretta kien twaqqaf għall-ewwel għax-xhur tas-sajf biss…iżda sussegwentament lil Manwel Cuschieri…qalftuh ‘il barra wara 30 sena b’mod definit.