16:00 – Grupp H – Ghana v Urugwaj
Il-Ghana ser tipprova taċċerta postha ma’ l-aħħar sittax permezz ta’ rebħa fuq l-avversarju tagħhom l-Urugwaj. Min-naħa l-oħra l-Urugwaj għandhom bżonn jiksbu tlett punti akkost ta’ kollox jekk iridu li jżommu t-tamiet ta’ kwalifikazzjoni ħajjin wara li tilfu l-aħħar partita kontra l-Portugall.
16:00 – Grupp H- Korea t’Isfel v Portugall
Fl-Education City Stadium, il-Portugall immexija minn Fernando Santos ser jaffrontaw lill-Korea t’Isfel f’dik li hija l-aħħar logħba għaż-żewġ timijiet fil-fażi tal-gruppi. Il-Portugall għandhom bżonn biss punt biex jikkonfermaw ruħhom fl-ewwel post tal-grupp u jevitaw lill-Brażil li x’aktarx jirbħu l-grupp, waqt li għal Korea t’Isfel xejn inqas minn rebħa ma tkun biżejjed biex forsi jżommu t-tama ta’ kwalifikazzjoni ħajja dejjem jiddependi fuq ir-riżultat fil-logħba l-oħra.
Il-Korea t’Isfel, li sofrew telfa minima kontra l-Ghana, ser jagħmlu minn kollox biex jagħmlu l-impossibli, fejn f’logħbiet bħal dawn il-captain u t-talisman tat-tim Son Heaung-Min għal darba oħra jipprova jkun l-eroj għal pajjiżu.
//= $special ?>