Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Addo jirriżenja minn kowċ tal-Ghana

(Ritratt: EPA)

Otto Addo rriżenja minn kowċ nazzjonali tal-Ghana wara l-eliminazzjoni ta’ pajjiżu mill-fażi tal-gruppi tat-Tazza tad-Dinja. Addo li għandu 47 sena kien ħa post Milovan Rajevac li tkeċċa fi Frar li għadda. Wara perjodu li kien il-kowċ temporanju, l-eks internazzjonali tal-Ghana ngħata kuntratt sa tmiem is-sena. Addo issa jirritorna bħala Assistant Coach ta’ Borussia Dortmund.

Il-Ghana rebħet kontra l-Korea ta’ Isfel iżda tilfet kontra l-Portugall u l-Urugwaj fl-ewwel u l-aħħar logħba ta’ Grupp H. Wara l-logħba hu qal li kien se jirreżenja anki kieku rebħu t-Tazza tad-Dinja minħabba li l-familja tiegħu tara futur fil-Ġermanja. Addo twieled f’Hamburg minn ġenituri mill-Ghana u għamel ħafna mill-karriera tiegħu bħala kowċ u plejer fil-Ġermanja.