Lokali Qorti

Ħabs għal erba’ rġiel Sirjani u sentenza sospiża għal tliet nisa għax ppruvaw isiefru b’dokumenti foloz

Seba’ Sirjani ammettew li ppruvaw isiefru minn Malta għal Brussell b’dokumenti foloz Awstrijaċi. Filwaqt li l-irġiel ingħataw sentenza ta’ ħabs effettiva minħabba li kienu l-moħħ wara dan kollu u n-nisa għadhom qed irabbu t-tfal, il-ħatja femminili ngħataw sentenza sospiża.

Il-Pulizija qalu li kienu l-erba’ rġiel li ħadu ħsieb jorganizzaw kollox, inkluż id-dokumenti tan-nisa, u li n-nisa u t-tfal segwew il-passi tagħhom. Fost l-akkużati, koppja li għandha tarbija ta’ seba’ xhur, koppja oħra li għandha tliet itfal taħt l-10 snin u n-nanna. Sitta mis-seba’ akkużati jagħmlu parti mill-istess familja.

Il-prosekuzzjoni ssuġġeriet li l-irġiel jingħataw piena effettiva ta’ ħabs u n-nisa peress li għad għandhom it-tfal żgħar, jingħataw sentenza sospiża. Id-difiża qablet u qalet li l-Qorti għandha tagħmel distinzjoni bejn min kien il-moħħ wara r-reat u min segwa.

L-erba’ rġiel ġew kundannati sitt xhur ħabs huma Marwan Hamdan Farhan ta’ 37 sena, Ahmed Abdulrahman Abdulhaq ta’ 42 sena, Ahmad Alnassan ta’ 23 sena u lil Mahmud Alahma ta’ 21 sena. In-nisa, Aber Alnassan ta’ 30 sena, Kharayat Mahlul ta’ 18-il sena u Faten Alnassan ta’ 59 sena ġew kundannati sitt xhur ħabs sospiżi għal sena.

Il-pulizija qalet l-1 ta’ Diċembru ġew infurmati akkużati li kienu se jivvjaġġaw lejn Brussell b’dokumenti foloz. Fost l-akkużati hemm koppja b’tarbija ta’ seba’ xhur, bl-omm li għadha qed tredda, koppja oħra bi tliet itfal ta’ 3,6 u 10 snin u nanna. l-prosekutur u l-avukat difensur Mario Mifsud qablu li l-irġiel għandhom jiksbu sentenza effettiva ta’ ħabs u n-nisa sentenza sospiża.