Lokali

“Ħsibijieti magħkom” – il-messaġġ ta’ Bernard Grech

“Ħsibijieti mal-ħaddiem li għadu ma nstabx taħt it-tifrik fis-sit ta’ kostruzzjoni f’Kordin, ma’ dawk li jinsabu l-Isptar, il-qraba, il-ħbieb u l-kollegi tagħhom.”

Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech wara l-inċident serju li seħħ dalgħodu f’Kordin.

“Kliem ta’ tifħir ukoll għall-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, tas-Servizzi Mediċi u l-Pulizija, li bħalissa għaddejjin b’operazzjoni delikata ħafna. Id-dedikazzjoni tagħhom tkun strumentali f’waqtiet bħal dawn. Dan l-inċident f’sit ta’ kostruzzjoni mhux wieħed iżolat. Il-Gvern għandu l-obbligu li jiggarantixxi siti ta’ kostruzzjoni li jħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħna.”