Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

It-Tuneżin Khazri jirtira mit-tim nazzjonali

(Ritratt: EPA)

L-attakkant tat-Tuneżija Wahbi Khazri ħabbar li rtira mit-tim nazzjonali. Khazri skorja l-gowl li ta rebħa mhux solita tat-Tuneżija kontra Franza u ħabbar id-deċiżjoni tiegħu lil sħabu wara l-partita. Minkejja r-rebħa, it-Tuneżini ma rnexxielhomx jikkwalifikaw mal-aħħar 16.

Il-gowl ta’ Khazri kien il-25 wieħed tiegħu f’74 logħba mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu. Hu se jkun qed jirtira bħala t-tieni l-aqwa skorer ta’ kull żmien ta’ pajjiżu, b’Issam Jemaa jinsab fil-quċċata b’36 gowl. Hu kien għamel id-debutt lura f’Jannar tal-2013 u mat-Tuneżija lagħab żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u ħames edizzjonijiet tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani.