U tul il-jum tas-Sibt komplew l-attivitajiet ta’ Misraħ il-Milied – attivitajiet li qed ikunu organizzati fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Is-Sibt filgħodu kollox ingħata bidu b’attività immirata għat-tfal, imżewqa b’diversi logħob għat-tfal, kant, żfin u anke face painting.
F’din l-attività ma naqsux ukoll karattri ta’ Disney, u anke dawra bit-trackless train għat-tfal flimkien ma’ ġenituri u nanniet, mid-Dar Ċentrali sal-Belt Valletta.
Aktar tard is-Sibt filgħaxija bdiet tittella’ serata ta’ divertiment għall-Familja kollha, mżewqa b’kant, mużika u żfin minn diversi artisti Lokali, u skejjel ta’ żfin.
L-attivitajiet ta’ Misraħ il-Milied fetħu l-Ġimgħa filgħaxija, bl-inawgurazzjoni issir mill-Kap tal-PN Bernard Grech. Preżenti wkoll is-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino, il-Vici Kap Nazzjonalista Alex Perici Calascione u l-organizzatur ta’ Misraħ il-Milied – id-deputat Robert Cutajar.
Il-Ġimgħa ipparteċipaw il-kor ‘La Voix Harmony’ ta’ Gillian Attard u l-grupp popolari X-Tend. Dan filwaqt li fetħu numru ta’ stands b’rabta ma’ dawn il-festi.
Tul dawn il-jiem, id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista se tkun miftuħa kuljum – tilqa’ lin-nies għal dan iż-żmien ta’ festi, bl-istands b’bejgħ ta’ ponsjetti, ħelu u xorb tradizzjonali tal-Milied fost l-oħrajn, se jibqgħu miftuħin tul ix-xahar kollu ta’ Diċembru.
Dan filwaqt li fit-8 ta’ Diċembru se tkun organizzata maratona ġbir ta’ fondi, li se tixxandar ukoll kemm fuq Net TV u anke fuq Net FM.
//= $special ?>