Internazzjonali

Liev Scheiber jiġbor miljun dollaru għall-poplu Ukren

L-attur Amwrikan ta’ fama internazzjonali Liev Schreiber irnexxielu jiġbor madwar miljun dollaru f’diversi attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il-poplu Ukren li bħalissa għaddej minn tbatija kbira minħabba l-gwerra.

Sa mill-bidu tal-gwerra, Liev Schreiber .. l-attur Amerikan li hu magħruf għal diversi films popolari bħal X-men u s-serje Ray Donavan, ilu xhur sħaħ jorganizza attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi sabiex jappoġġja diversi organizzazzjonijiet fl-Ukrajna.

Iżda, hekk kif fl-aħħar xhur ħarġu bosta stejjer xokkanti li jixhdu kif it-tobba f’diversi sptarijiet madwar l-Ukrajna qed ikollhom joperaw bit-tourches għaliex jinsabu bla dawl, dawn missewlu qalbu.

Originarjament, Liev Schrioeber beda din l-inizzjativa ta’ ġbir ta’ fondi għall-poplu Ukren minħabba li n-nannu tiegħu kien immigrant ta’ dixxendenza Ukrena.

Liev Schreiber qal li dawn il-flus se jmorru għall-isptarijiet fl-Ukrajna sabiex il-poplu Ukren ikollu provvista ta’ dawl u sħana … u b’hekk it-tobba u l-infermieri ikunu jistgħu ikomplu bil-ħidma tagħhom. L-attakki mill-armata Russa ħallew ħsarat f’diversi bliet fil-Lvant tal-Ukrajna u fil-kapitali Kyiv, fejn ġew ibbumbardjati djar, appartamenti, sptarijiet u skejjel.