Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Luis Suarez jattakka lil FIFA fuq inċident b’rabta mal-familja tiegħu

(Ritratt: EPA)

Luis Suarez infaqa’ jibki wara li l-Urugwaj ġew eliminati mit-Tazza tad-Dinja wara r-rebħa ta’ 2-0 fuq il-Ghana. L-attakkant tal-Wolves Hwang Hee-chan skorja l-gowl importanti għall-Korea t’Isfel li fisser kwalifikazzjoni. Dan fisser l-Urugwaj xorta kellhom bżonn gowl ieħor minkejja li għelbu lill-Ghana 2-0.

It-tim ta’ Suarez ipprotesta għal żewġ penalties li ġew injorati mill-uffiċjali, li qanqlu xeni furjużi mat-tisfira finali. L-eks attakkant ta’ Liverpool u Barcelona infaqa’ jibki wara li l-Urugwaj ma kkwalifikawx, aktar agħar għall-attakkant, meta spjega r-rabja u d-dwejjaq tiegħu fil-konfront tal-istazzjon televiżiv TeleDoce. Huwa qal: “Inħoss dwejjaq u diżappunt. Ibni wkoll ħalla l-grawnd bl-immaġni ta’ dwejjaq, għalhekk għal missier huwa diffiċli, iżda jrid jiffaċċja s-sitwazzjoni li għandu.”

Il-veteran wara ġie mċaħħad iċ-ċans li jara lill-familja tiegħu wara l-partita, xi ħaġa li Suarez ma fehemx hekk kif żied jgħid: “Rajt plejer ta’ Franza ma’ wliedu fuq il-bank tas-sostituti. Allura għaliex dejjem (hija problema) kontra l-Urugwaj? “Jidher li rridu jkollna saħħa oħra fil-livell tal-midja biex ikun hemm aċċess biex uliedi jitħallew jinżlu għal sekonda biex isellmuli, imma -dik hija l-FIFA.”

Edinson Cavani waqa’ fil-kaxxa fil-ħin miżjud wara tackle minn difensur tal-Ghana iżda r-referee ħass li l-eks frontman ta’ Liverpool kien qed jipprova jilgħab għal penalty. Darwin Nunez kien ukoll twaqqa’ minn Daniel Amartey iżda wara kontroll estensiv tal-VAR, il-penalty ma ngħatax.

Community Verified icon

Iftaħ f’Google TranslateFeedback

Web result with site links