Futbol Sport

Milos Zlatkovic jikkastiga lil Gżira United

Rowen Camilleri

GŻIRA U……..0

BALZAN……..1

Gżira United: D. Zarkov, G. Bohrer (T. Espindola 82′), L. Tabone, S. Pisani (N. Muscat 68′), Z. Scerri (B. Borg 82′), M. Dias, L. Riascos (C. Duarte 68′), T. Kolega, M. Cosic, M. Maia, J. De Assis (C. Gauci 82′).

Balzan: J. Debono, I. Bozovic, D. Torres, M. Grima, P. Fenech, A. Torres, M. Zlatkovic, A. Satariano (Z. Grech 94′), N. Braunovic, M. Nogeira (B. Kaljevic 84′), A. Andrejic (A. Bradshaw 84′).

Skorja: M. Zlatkovic 30′ (B)

Referee: Glen Tonna

Assistenti Referees: Ewdard Spiteri u Mark Ciantar

BOV Plejer tal-logħba: Angel Torres (Balzan)

Gżira United tilfu t-tieni post wara li kontra kull mistenni sfaw megħluba minn Balzan 1-0. Minn naħa l-oħra Balzan telgħu f’nofs il-klassifika bl-ewwel rebħa fl-aħħar sitt logħbiet

Bil-partita jkollha bidu daqxejn kajman, Gżira bl-ewwel ċans fit-22 minuta meta d-daqqa ta’ ras ta’ Jefferson De Assis kienet milqugħa mill-goalkeeper ta’ Balzan Jonathan Debono

Balzan skorjaw l-uniku gowl tal-partita fit-30 minuta meta l-pass ta’ Aleksa Andrejic minn free-kick wasal għand Milos Zlatkovic li minn quddiem Zarkov ma żbaljax.

Tliet minuti wara kien Alex Satariano għal Balzan li mpenja lil Zarkov iżda dan tal-aħħar laqa’ faċilment.

Balzan komplew jinsistu u fit-43 minuta Duvan Torres ittanta xortieħ minn barra l-kaxxa iżda tefa’ barra b’din tkun l-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima u Balzan daħlu jistreiħu 1-0 minn fuq.

Fit-tieni taqsima l-azzjonijiet kienu inqas għajr għal xutt ċentrali tal-plejer ta’ Gżira Gabriel Boher li kien milqugħ minn Debono u xutt fil-75 minuta fuq in-naħa l-oħra minn Mattheus Nogueirara li ħabat mal-lasta.

L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-konfront biex b’hekk Balzan kisbu tliet punti importanti ħara ħames logħbiet mingħajr ma’ jirbżu.