Lokali Qorti

Mixli bagħat lis-sieħba tiegħu ritratt ta’ pistola u miegħu messaġġ li kien jaqra’ “Nisparalek”

Raġel ta’ 39 sena residenti Birkirkara ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Nadine Lia li hedded lill-eks sieħba tiegħu meta bagħatilha ritratt ta’ pistola u messaġġ miegħu fuq il-meżżi soċjali li kien jaqra “Nisparalek”.

Ir-raġel li ismu ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti wieġeb mhux ħati u qal li jaħdem għal rasu ġie akkużat li kkawża lill-eks sieħba tiegħu biża li se tintuża vjolenza kontriha, heddidha u uża bi skop ħażin mezz ta’ kommunikazzjoni. Huwa ġie mixli wkoll li kiser ordni ta’ sentenza oħra tal-Qorti.

L-Ispettur Colin Sheldon qal li l-allegata vittma rrapportat li fis-27 ta’ Novembru beżżagħha meta bagħtilha r-ritrat tal-arma u li kien se jisparalha. Ingħad li meta l-Pulizija għamlu tfittxija għall-pistola din baqgħet ma nstabitx u li l-akkużat qalilhom li meta għamel hekk, kif fis-sakra.

Huwa qal ukoll li dan kien inċident ta’ darba u li u l-allegata vittma spiss jikkomunikaw ma’ xulxin għaliex għandhom it-tfal. Il-Qorti laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni u ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-mara sakemm tingħata s-sentenza finali.

Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-pleġġ minn naħa tad-difiża, liema talba sabet oppożizzjoni kbira mill-prosekuzzjoni u dan għaliex m’għandhiex is-serħan tal-moħħ li l-akkużat joqgħod għall-kundizjonijiet imposti fuqu. Għall-akku#at deher l-Avukat Jacob Magri.

Community Verified icon

Iftaħ f’Google TranslateFeedback

Web result with site links